PARROCCA SANT' ANDRIJA

Hal Luqa A.D. 1634

Il-Vara Titulari ta' Sant' Andrija Appostlu

Nhar il-5 ta' Frar 1778, is-Sur Andrea Camenzuli ordna statwa ta' l-injam (legname di ponente) tirraprezneta lil Sant' Andrija Appostlu minghand Mastru Cosimo Scolaro mill-Isla.  Flimkien mal-istatwa, skolpita skond disinn ta' Giuseppe Bonnici, gew ordnati wkoll il-pedestall u l-bradella izda minghajr il-lasti.  L-istatwa kellha tkun lesta minn kollox ghaz-zebgha u l-induratura fi zmien sena ghall-prezz ta' 120 skud, li minnhom l-iskultur Scolaro ircieva 20 skud bil-quddiem.  Il-bilanc kellu jithallas mat-tlestija tal-vara. 

Ghal xi raguni mhux mgharufa, din l-obligazzjoni ma twettqitx, u nhar il-25 ta' Awissu 1778 il-ftehim gie imhassar.  Fl-istess jum, sar ftehim gdid mal-iskultur Giuseppe Scolaro, hu Cosimo, biex jiehu f'idejh ix-xoghol bhalma kien moghti lil huh.  L-istatwa kellha titlesta fi zmien seba' xhur ghall-istess prezz ta' 120 skud.  Giuseppe ircieva 27 skud bil-quddiem. 

 

L-istatwa tlestiet kif kien miftiehem, u fil-5 ta' April 1779 Andrea Camenzuli stqarr li kien ircieva l-istatwa bil-pedestall u l-bradella skond il-ftehim iffirmat.  L-iskultur Giuseppe Scolaro ircieva l-kumplament tal-flus li kien fadallu jiehu.  F’Novembru ta’ l-1781, l-Isqof Labini ra l-istatwa artistika ta’ Sant’ Andrija lesta fin-nicca fejn il-foni tal- maghmudija. 

Ghall-festa ta’ l-1913, din il-vara giet restawrata u mqieghda fuq pedestall gdid mill-maghruf skultur Bormliz Abraham Gatt. Giet indurata minn Frangisku Coleiro mid-ditta Coleiro tal-Belt Valletta. Il-pedestall u l-bradella l-godda gew mahduma fuq disinn ta’ l-imsemmi Abraham Gatt mill-imghallem Luqa Griscti.

Mastru Nikola Sammut u huh is-Sur Andrea Sammut hargu l-ispejjez ghall-pedestall, filwaqt li l-induratura, hallasha s-Sur Andre’ Vassallo. It-tnax-il Appostlu li hemm fil-bankun, kienu ordnati mill-Awstrija, izda ghal dik is-sena, tlestew tlieta biss. Id-disgha l-ohra waslu Malta fi Frar ta’ l-1914.  Ghal din l-okkazjoni kien prezenti wkoll l-iskultur Abraham Gatt innifsu. L-Isqof Portelli temm il-Panigierku ta’ dik is-sena bil-kliem, ”Ghandna l-pjacir li nghidu li ftit ghandna bhala f’Malta"

Refrenzi: Il-Vara ta' Sant' Andrija u l-Iskultur Taghha - Dr. J. Debono BA (Hons) M.A. Ph.D

Il-Kwadru Titulari

Bla dubju ta’ xejn, wiehed mill-aktar xogholijiet artistici li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa huwa l-kwadru Titulari. Dan tpitter minn Mattia Preti, u jgib id-data tal-1687. Dan il-kwadru huwa wiehed imdaqqas, u jirraprezenta lil Sant’ Andrija Appostlu, marbut ma’ salib forma ta ‘X’ minn zewg manigoldi. Fl-isfond tal-kwadru tidher il-Belt ta’ Patras (il-Grecja) fejn l-Appostlu jinghad li ha l-martriju tieghu. Jidhru wkoll diversi nies li qed jassistu ghall-martirju tal-Qaddis filwaqt li jisimghu l-ahhar taghlim hiereg minn fommu. Fin-naha ta’ fuq, wiehed jista’ jinnota zewg angli, wiehed fuq kull naha tas-salib, it-tnejn izommu is-simboli tal-martirju, jigifieri l-kuruna u l-palma. Dan il-kwadru huwa ezempju iehor tal-kapacita’ kbira li kellu Preti fejn tidhol it-teknika tal-pittura. Fl-1956, dan il-kapolavur ta’ Preti gie rrestawrat mill-Profs. Oscar Testa tal-Musei Vaticani ta’ Ruma.

It-Tuzell

It-tuzell artistiku li naraw illum inhadem fl-1897, xoghol l-iskultur Pawlu Bugeja.

L-Artal Maggur

Taht il-Kwadru titulari ta' Preti, wiehed jista' jara l-Artal Maggur, mghammar b'apparat mill-aktar rikk.  Fih insibu sett ta' 12-il Appostlu (1842), u 12-il gandlier (xoghol ta' Pawlu Bugeja - 1903) ilkoll skulturati fl-injam u ndarati fil-fidda.  Il-kanupew, it-terha (ghotja tal-Familja Depares mill-Isla) u l-ventartal (disinn ta' Abraham Gatt - 1915) huma rrakmati bi hjut tad-deheb fuq bellus ahmar.

 

Is-Salib tal-Kleru huwa wiehed sabih hafna, xoghol fil-fidda ta' l-1662.  Ta' min isemmi li filwaqt li fuq in-naha ta' quddiem hemm il-Kurcifiss, fuq in-naha ta' wara wiehed jista' jara x-xbieha ta' Sant' Andrija Appostlu.

  

Fil-jiem tal-festa titulari, jintramaw ukoll zewg gradenzini bl-oggetti tal-fidda li tipposjedi l-Knisja Parrokkjali.  Fost dawn l-affarijiet insibu missalli, sferi, relikwarji, kalcijiet u ohrajn.

 

L-Artal Mejda sar bit-thabrik tal-mibki Kappillan Rev. Dun Joe Camilleri fl-2001.  Ix-xoghol tal-irham kien fdat f'idejn il-marmista Ronnie Pisani.

Il-Lunetti tal-Koppla

Il-pittura tal-lunetti tal-koppla jirraprezentaw lill-erba’ Evangelisti; San Mark, San Luqa, San Mattew u San Gwann. Dawn huma xoghol il-pittur Ghawdxi Pawlu Camilleri Cauchi, u kienu lesti ghall-festa ta’ Sant’ Andrija tal-1989. Is-Sur Noe’ Ciappara hallas l-ispejjez taghhom.

Is-Sedji tal-Kor

 

Is-sedji tal-Kor inhadmu mill-imghallem Hal Luqi Guzeppi Galea, fuq disinn tas-Surmast C. Tonna tar-Rabat.  Kien inawgurat fil-festa titulari tal-1958.  Ta’ min wiehed isemmi li dan ix-xoghol sar gdid sabiex jiehu post dak li kien hemm qabel il-gwerra.

Il-Kappella tan-Nativita'

Dan il-kwadru jirraprezenta t-twelid ta’ Gesu’ gewwa Betlehem. Fih naraw il-figuri tal-Madonna, San Guzepp, il-Bambin, zewg nisa u tifla ckejkna. Tpitter minn Giuseppe Cali’ u tlesta f’Novembru 1908. Wara l-ahhar Gwerra Dinjija, dan il-kwadru gie mkabbar mill-Profs. Oscar Testa tal-Musei Vaticani.